Versione :

Ma Nistax Ninsieh

Ilbieraħ lgħabt ma' tifel ta' sentejn
u ma nistax ninsih.
għajnejh idemmgħu bil-hena
u saqajh kurjuúi jixħethom quddiemu
appena tħallih.

Kont smajthom jgħidu li t-tifel,
la jikber, se jibqa' bla kliem,
u kont ħassejt għalih.
Imma lbieraħ lagħab miegħi
tifel ta' sentejn
li dendel kusu ma' l-uġigh,
u ma nistax ninsa l-ħajja tixxala ġo fih.

Versione :

Id-Dubju Fatali

Fiċ-ċella fejn dendlu
lil sieħbi minn qalbu
hemm úewġ assassini
mdejqin qed jinqalbu:
ir-raġel li riedu
jeħdulu minn rasu,
mitilhom bid-dubju
li ħadd ma ta kasu.

Versione :

Illejla, Jekk Trid ...

Illejla ninúlu fejn il-baħar, jekk trid,
u ngħoddu l-kwiekeb.

Illejla,
jekk il-fwieħa tal-baħar issakkarna,
nitilgħu max-xefaq
u noqogħdu nixxiegħlu mal-mewġ.

Jekk il-qamar jinkixef biúúejjed,
nistgħu nilagħbu bil-kuluri f'wiċċ l-ilma,
u niġbruhom wieħed wieħed,
u nlaħalħuhom,
u nerġgħu nitilquhom f'salt.

Jekk ma jkunx sar il-ħin,
u x-xemx ma tkunx tielgħa faċċata,
tista' tmidd rasek fuqi, jekk trid,
u núommok f'idejja,
u xagħrek inxarrbu fuq sidri,
u nbandlek fuq l-ilma,
jekk trid.

Versione :

Illejla Skiet

Illejla se noħlom li dil-ħolma mqallba
ma ħlomthiex;
li dit-tajra ħelwa
ma qbadnihiex.
Kif nimtedd
se nitlob għat-talb
biex min ħalaq it-talb
ma jinsiehx.
U se nkanta bil-mod,
ġos-skiet,
għax min kellu jdoqqli l-kitarra
ma ġiex,
u din l-għanja ta' niket,
lili nnifsi,
ma nsemmagħhiex.

Illejla se núomm is-skiet,
għax dit-talba li kellha tasallu
ma semagħhiex;
u dal-ġewnaħ li kellu jittajjar
ma tħarrkilniex.

Versione :

Dil-Qawsalla

Dal-kuluri trasparenti,
m'hemmx saħħa.
Dil-qawsalla bla sinsla,
dal-kuluri maħlulin.

Dil-qawsalla tat-trab,
vjaġġatur mirúuħ
li ħaraq idejh man-nar.
Kwaúi kwaúi aħjar il-maltemp.
Dak sod,
u kelma júommha.

Dil-qawsalla ma tinúilli xejn.

Versione :

Sensiela

Ħajjitna mumenti,
u aħna kuntenti bl-ispazji
bejniethom.
ħajjitna sensiela ta' parties maħsuba
li jfallu,
ħlief meta jtaptpulna minn wara
u jaqtgħuna mill-biża'
li nfallu.
ħajjitna sensiela tistenna biex tieqaf
imqar darba waħda ...
u tissokta.

Versione :

Is-Sale Grandjuż

Is-sale grandjuż ta' l-Afrika
tassew kien l-akbar wieħed.
għadajjar kbar, bin-nies u l-ħut,
inxtraw bil-prezz ta' dagħwa.

Foresti kbar, imsaġar żgħar,
kompluti bil-ħaddiema,
għaddew minn id għall-oħra u dlonk
spiċċaw bħas-serratura.

"Dan sale grandjuż, bi skonti kbar,
ejjew, hawn ħafna x'tixtru."
U ħafna xtraw minħabba l-prezz,
mingħajr ma raw x'qed jixtru.

L-iljuni nxtraw maċ-ċriev u t-tfal
u tqiegħdu f'gaġġa waħda.
Ir-ramel, għax ma riedu ħadd,
tefgħuh mal-frott u s-siġar.

Versione :

Aħna Li Nċafċfu Saqajna

Il-mewt taħsilna wieħed wieħed,
u mbagħad titlaqn' għal rasna.
U aħna li nċafċfu saqajna fiha mix-xatt,
inbaxxu rasna.
Iúda meta jegħreq xi ħadd quddiemna
induru biex ngħoddu kemm fadal
madwarna.

Il-mewt folla kbira wisq għall-knisja tagħna,
u n-nies tfur fuq l-għetiebi u z-zuntier
u t-toroq ta' madwarha.
Il-mewt taħslilna wiċċna biex narawha
toqtor fina.
Imbagħad titlaqna.

It-Trumbettier

Fil-bar maġenb il-knisja tagħna
hemm wieħed trumbettier.
Jgħidu li bħalu,
fuq dil-blata qaqoðða,
m'għandniex.
U min firex lilhinn
minn dal-weraq marsus
jgħid li lanqas fil-Mediterran
bla qies.

Dal-lejl
l-imgħallem daqq sas-sagħtejn
u xorob sa l-erbgħa.
Wara straħ daqsxejn,
qam,
u ħareġ mill-bar
bħallikieku xejn.

It-Traġedja ta' l-Iljunfant Li Ried Jidħol f'Gaġġa ta' l-Għasafar

Smajt ġrajja mhux tas-soltu,
tingħad mix-xjuħ kultant,
li f'gaġġa ta' l-għasafar,
ried jidħol iljunfant.

Allura dan qatagħha
li jfettaħ naqra l-bieb.
U ħareġ mus għall-gaġġa,
u bih fetaħha ktieb.

Kuntent dan ħejja ruħu
biex fiha jmidd riġlejh;
'żda f'daqqa waħda nduna
bi ħsieb li daħal ħdejh.

Dil-gaġġa kienet gaġġa
imm' issa żgur m'għadhiex.
għax gaġġa tkun tingħalaq,
u din ma tagħlaqhiex.

Pages