It-Trumbettier

Fil-bar maġenb il-knisja tagħna
hemm wieħed trumbettier.
Jgħidu li bħalu,
fuq dil-blata qaqoðða,
m'għandniex.
U min firex lilhinn
minn dal-weraq marsus
jgħid li lanqas fil-Mediterran
bla qies.

Dal-lejl
l-imgħallem daqq sas-sagħtejn
u xorob sa l-erbgħa.
Wara straħ daqsxejn,
qam,
u ħareġ mill-bar
bħallikieku xejn.

Illejla se jerġa' jdoqq
mill-għaxra ta' bil-lejl.
ħasra, għax dak il-ħin,
min jisimgħu,
għalkemm jieħu gost,
ma jifhem propju xejn.
Skond l-imgħallem
m'hemmx għalfejn.
Sadattant,
bejn għafsa ta' qalb u oħra,
bejn grokk u tnejn,
illejla bi ħsiebu jerġa'
jiskorri s-sagħtejn.