Versione :

Il-Forma ta' Mħabbtek

L-għada qajmitni x-xita qalila t'Awwissu
li tiġi u tmur biex tħabbar festa li m'għandhiex bżonn tħabbira.
Int għaddejt minn fuqi u ħallejt l-imħabba tqila tiegħek
fejn kont taf li l-ħamrija tieħu l-forma ta' mħabbtek,
u fejn jien ma nixtieq xejn
u ma nsaqsix.
Int imxejt fuq il-ħamrija għajjiena
li xtaqet tieħu forma isbaħ,
imqar għal ftit mumenti li jibqgħu.
Meta nfirxet ix-xita fuq il-persjani
u l-gallarija u l-ħamrija
int kont għaddejt,
imma l-forma ta' mħabbtek kienet għadha fuqi,
tfuħ,
mhux daqs qabel,
imma kważi.