Versione :

Meta Tkun Tħobb Ħafna

Meta tibda dieħla x-xitwa
tinsiex tagħlaq il-bieb warajk.
U meta jaqa' l-bard,
tinsiex tixgħel il-heater
u tqiegħed it-twapet ma' l-art.

Meta ma jkun hemm xejn
ħlief borra nieúla,
toqgħodx tħares madwarek
u timla rasek.

Imma meta tiġi tħabbatlek ix-xemx,
bil-ħlewwa,
poġġi bilqiegħda ħdejha,
u ixrob mis-sħana
li jferrgħu idejha.