Bexxqet il-Bieb
Puesia
Naħseb li kienet ilha tistennieni.
Kienet ilh' hemm.
Meta rajtha wara l-purtella
kont għadni 'l bogħod.
Il-ħġieġ kien qed ileqq
u jitfa' xbieha fuq oħra.
Ratni niftaħ il-bieba tal-karozza,
bexxqet il-bieb,
u dħalt.
U bħal ħuġġieġ' għal vjaġġatur jirtogħod
għafsitni magħha.