Il-Wasla Mhux Mistennija
Puesia
Fuq il-bankini
tal-posta jħoss d-dellijiet ma jidhrux
ta' dawk li jistennew bil-ħerqa l-wasla
ta' aħbar mhux mistennija
li tikser il-monotonija ta' l-għodwa tagħhom.
Id-dellijiet jisimgħu l-mutur mill-bogħod
u jiġu jiġru, u jħarsu, għal darba darbtejn
lejn il-kaxxa ta' l-ittri vojta.
Il-lenti tagħhom mhix ħoxna biżżejjed:
joħorġu ħdejha, jiftħuha
u jħarsu b'idejhom miftuħa li jqallbu fil-vojt,
kull rokna.
Lura fil-kċejjen siekta li fihom jitrejqu
għal wisq iktar minn ftit sigħat
widnejhom jissemmgħu għal kull ħoss ta' mutur
li jersaq lejn dawk l-inħawi maħruqin bis-skiet,
bit-tama li tal-posta nesa proprju l-ittra tagħhom
u reġa' lura.
Dawn l-affarijiet jiġru,
speċjalment bl-ittri.